Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ser jiġu sospiżi titjiriet mill-Ewropa għall-Istati Uniti sabiex jwaqqaf milli jidħlu aktar każijiet ġodda ta’ Coronavirus fil-pajjiż.
Fil-messaġġ tiegħu huwa tenna li madwar 26 pajjiż Ewropew ser ikunu sospiżi milli jidħlu fl-Istati Uniti għal perjodu ta’ 30 ġurnata.
Żied jgħid li dawn ir-restrizzjonijiet b’saħħithom u stretti iżda neċessarji ser ikunu qed jaffettwaw lil dawn il-pajjiżi għajr għar-Renju Unit. Fejn s’issa ġew kkonfermati 460 każ.
Fl-Istati Uniti hemm 1,135 każ ikkonfermat b’38 minnhom mejta.
Intant b’reazzjoni għal dan, f’kumment fuq Twitter il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel ħabbar li ser ikun qed janalizza s-sitwazzjoni mill-qrib bil-għan li jiġi evitat milli jxekkel l-ekonomija.
Huwa saħaq li l-Ewropa qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex ma jkomplix jinfirex il-virus tal-COVID-19.
Following the travel ban @realDonaldTrump announced, we will assess the situation today.
Economic disruption must be avoided. #Europe is taking all necessary measures to contain the spread of the #COVID19 virus, limit the number of affected people and support research.
— Charles Michel (@eucopresident) March 12, 2020