Il-Messiku qablet li tieħu passi li qatt ma ħolmot li tieħu fejn se tkun qed tgħin biex tnaqqas l-influss tal-migranti lejn l-Amerika. Dan wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, heddidhom bit-tariffi kummerċjali.
Trump żvela kif il-qbil intlaħaq, dan sabiex jiġu sospiżi t-tariffi b’mod indefinittiv.
Hu kien hedded li jimplimenta dazji fuq l-importazzjoni ta’ ħamsa fil-mija, fejn kienu se jkunu qed jiżdiedu kull xahar, sakemm il-Messiku tieħu l-passi neċessarji.
It-tariffi kienu se jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn li ġej.