Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ser jiffirma ordni sabiex jissospendi temporanjament l-immigrazzjoni lejn l-Istati Uniti minħabba l-għadu inviżibbli tal-Coronavirus.
Il-White House qed tgħid li l-agħar tal-pandemija issa għadda u l-pajjiż jista’ jerġa’ jibda jiftaħ l-istati tiegħu.
Infatti l-istat ta’ Georgia ser ikun minn tal-ewwel hekk kif mill-jum tal-Ġimgħa ser jiftaħ ir-ristoranti.