Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sospensjoni ta’ 90 jum miż-żieda fit-tariffi globali li kien tħabbar qabel.
Fuq il-midja soċjali, Trump qal li ż-żieda fuq it-tariffi se ssir biss fuq iċ-Ċina, b’żieda ta’ 125%. Qal li dan se jseħħ minħabba n-nuqqas ta’ rispett li uriet iċ-Ċina lejn is-swieq dinjija.
Aktar qabel, iċ-Ċina ħabbret li se ssir timponi żieda fit-tariffi ta’ 84% fuq l-Istati Uniti.
Minkejja t-tħabbira ta’ Trump, il-White House qalet li f’dawn id-90 jum, iż-żieda fit-tariffi globali se tkun ta’ 10%.