Skont rapporti fil-midja internazzjonali, jirriżulta li l-Partit Repubblikan rebaħ l-istat ta’ Ariżona, li jfisser li Donald Trump rebaħ is-seba’ stati meqjusa bħala ‘swing states’ fl-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.
Wara 4 t’ijiem ta’ għadd tal-voti, l-istat ta’ Ariżona kien l-aħħar stat Amerikan li tħabbru r-riżultati tiegħu – fejn Trump kiseb 312 vot fil-Kulleġġ Elettorali u Harris kisbet 226 vot.
Il-President Elett, Donald Trump, ħabbar li mhux se jerġa’ jimpjega l- uffiċjali, li servew taħtu waqt l-aħħar Presidenza, Nikki Haley u Mike Pompeo, waqt dan it-tieni terminu.
Fil-fatt, qed jiġi rrapurtat li Robert F Kennedy Jr, li huwa n-neputi tal-eks President Amerikan John F Kennedy, se jkun qed jokkupa pożizzjoni għolja fit-tim ta’ Trump, filwaqt li John Ratcliffe, qed jiġi maħsub li se jkun id-direttur tas-CIA.
Trump huwa mistenni li jiltaqa’ mal-President Amerikan attwali Joe Biden, għall-ewwel darba wara din l-elezzjoni din il-ġimgħa.