Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li persuni li huma transgender ma jistgħux jingħaqdu bl-ebda mod fil-militar.
Hu kiteb fuq il-pjattaforma Twitter li kkonsulta ma’ esperti militari u qal li jkun hemm spejjeż kbar mediċi u tfixkil.
L-amministrazzjoni preċedenti ta’ Obama ddeċidiet is-sena li għaddiet biex tħalli persuni trans biex jingħaqdu fil-militar, iżda f’Ġunju ġie deċiż li jestendu l-istennija sakemm din tidħol fis-seħħ għal sitt xhur oħra.