Il-President Amerikan Donald Trump ikkanċella ż-żjara li kien se jagħmel fid-Danimarka wara li l-Prim Ministru tal-pajjiż qal li Greenland mhuwiex għal bejgħ.
Trump kien ser iżur id-Danimarka fit-2 ta’ Settembru wara stedina li saritlu mir-Reġina Margrethe it-tieni tad-Danimarka. Din iż-żjara tħassret wara li l-ġimgħa l-oħra Trump stqarr li l-Amerka tinsab interessata tixtri Greenland li art awtonoma li tagħmel parti mit-territorju tad-Danimarka.
Il-Prim Ministru Daniża, Mette Frederiksen qalet li din hi assurda u kien qed jispera li din ċajta.
Fuq Twitter Trump ħabbar li ser ikun qed jippostponi din iż-żjara wara l-Prim Ministru Frederiksen uriet li mhijiex interssata tiddiskuti l-bejgħ ta’ Greenland. Dan ikkonfermah kelliem mill-White House u sorsi mid-Danish royal house.