Il-Messiku wissa lill-Istati Uniti kontra l-introduzzjoni ta’ taxxi unilaterali ġodda fuq prodotti Messikani li jiġu impurtati , bil-għan li jinġabru biżżejjed fondi biex jinbena ħajt li jifred l-Istati Uniti minn mal-Messiku.
Il-President Donald Trump qed jagħmel pressjoni kbira biex tkun introdotta din it-taxxa ta’ 20%, u li jekk tinġabar tkun tfisser li l-Messiku jkun iffinanzja dan il-ħajt, għas-somma totali ta’ $21 biljun.
Il-Ministru għall-affarijiet barranin Messikan Luis Videgaray qal li l-Gvern tiegħu jemmen f’kummerċ ħieles iżda jekk din l-azzjoni tippersisti, l-Messiku wissa li se jkun qed jagħmel tariffi fuq prodotti minn stati Amerikani li jiddependu mill-esportazzjoni għall-Messiku.
Intant l-Istati Uniti qalet li se jibda jaċċetta proposti tad-disinn ta’ dan il-ħajt li għandu jifred iż-żewġ pajjiżi.