Kumitat Ġudizzajarju mis-Senat Amerikan mistenni jivvota dwar l-għażla tal-President Donald Trump għal avukat ġenerali. Huwa Jeff Sessions il-magħżul ta’ Trump, senatur konservattiv u wieħed mill-ewwel segwaċi tiegħu. Huwa magħruf għal allegazzjonijiet razzisti.
Il-vot se jsir jum biss wara li Trump keċċa lil Sally Yates, li kienet qed tokkupa l-kariga ta’ avukat ġenerali temporanjament.
Tkeċċiet għax qajment dubji dwar il-legalità tal-passi tiegħu dwar il-migrazzjoni. Jekk il-kumitat japprova n-nomina ta’ Sessions, is-senat kollu, fejn ir-repubblikani għandhom maġġoranza ta’ 52-48, mistenni jivvota sal-aħħar tal-ġimgħa.