Il-President Amerikan Donald Trump innomina lil Amy Coney Barrett biex isservi bħala Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, mietet l-Imħallef Ruth Bader Ginsburg fl-età ta’ 87 sena.
Waqt l-indirizz tiegħu, Trump iddiskriva lil Barrett bħala mara b’kisbiet kbar li għandha lealtà lejn il-kostituzzjoni Amerikana.
In-nomina tal-Imħallef Barret għad trid tiġi kkonfermata mis-Senat.
Madanakollu, din in-nomina qed tqajjem konfoffi bejn id-Demokratiċi u l-Konservattivi hekk kif qed joqrob it-tlieta ta’ Novembru, il-jum li fih l-Amerikani se jkunu qed jivvotaw għal Donald Trump jew Joe Biden biex iservi bħala President għall-4 snin li ġejjin.