Christine J. Toretti minn Pennsylvania se tkun l-Ambaxxatriċi l-ġdida u rappreżentant permanenti tal-Amerka għal Malta.
Toretti hija intraprenditriċi u filantropista. Kienet ukoll President u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija S.W. Jack Drilling għal aktar minn 10 snin. Serviet ukoll bħala viċi kap ta’ bank, dipartiment tal-agrikoltura, membru tal-kunsill nazzjonali tal-żejt u anke konsulentagħall-Gvern Amerikan fil-qasam tal-enerġija.
Ħadmet ħafna għad-drittijiet tan-nisa fil-politika.
Dan tħabbar illum fil-paġna uffiċjali tal-White House fuq http://www.whitehouse.gov