Il-Qorti Suprema Amerikana qalet li l-President Donald Trump jista’ juża 2.5 biljun dollaru f’fondi mill-Pentagon sabiex ikun jista’ jinbena parti mill-ħajt fin-Nofsinhar tal-Fruntiera mal-Messiku.
Dan wara li l-istess Qorti vvuttat b’ħames voti kontra erbgħa sabiex twaqqaf ruling ta’ Imħallef Federali f’Kalifornja, li xekklet l-aċċess ta’ Trump għal dawn il-fondi sabiex jinbena l-ħajt li jservi bħala fruntiera mal-Messiku.
Il-bini ta’ dan il-ħajt kienet waħda mill-wegħdiet elettorali prinċipali ta’ Trump fl-elezzjoni tal-2016.