Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump fetaħ attakk fuq il-President Sirjan Bashar al-Assad u l-alleati tiegħu r-Russja u l-Iran fuq suspettat attakk kimiku fis-Sirja.
Trump sostna li hemm prezz kbir x’jitħallas.
Qed jingħad li diversi nies inqatlu fl-attakk li seħħ fuq Douma fis-Sirja, belt li hija okkupata mir-ribelli.
Ir-Renju Unit appella għal inkjesta urġenti filwaqt li l-Papa Franġisku qal li xejn ma seta jiġġustifika l-użu ta’ armi kimiċi.
Kemm is-Sirja kif ukoll ir-Russja ċaħdu li seħħ attakk kimiku.