Il-President tal-Amerika, Donald Trump, ikkonferma li l-mexxej tal-Istat Islamiku, IS, inqatel mill-militar Amerikana f’operazzjoni fis-Sirja.
F’diskors li għamel fil-White House, Trump qal kif Abu Bakr al-Baghdadi nqatel f’operazzjoni mmexxija mill-Istati Uniti.
Baghdadi ħa r-riedni f’idejh fl-2014 wara li ħabbar li se jkun qed iżomm taħt għajnejh iż-żoni fl-Iraq u fis-Sirja.
IS wettqu għadd ta’ attroċitajiet li rriżultaw fl-imwiet ta’ eluf ta’ persuni.
BIL-FILMAT: Il-midja Amerikana tgħid li l-Istati Uniti wettqet attakk kontra l-Kap tal-Istat Iżlamiku
Skont rapporti fil-midja Amerikana, l-armata Amerikana wettqet operazzjoni kontra l-kap tal-grupp tal-Istat Iżlamiku, Abu Bakr al-Baghdadi. Minkejja dan, għad ma hemm l-ebda konferma mill-Gvern Amerikan. Iżda, Il-White House qalet li l-Persident Amerikan, Donald Trump, se jkun qed jagħmel dikjarazzjoni waqt konferenza stampa aktar tard matul il-jum tal-Ħadd.