Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar li ġie kkanċellat il-qbil ta’ paċi mat-Taliban.
Fi tweet Trump qal li kien se jiltaqa’ mal-President Afgan Ashraf Ghani u l-mexxejja tat-Taliban illum iżda l-laqa’ ġiet ikkanċellata.
Dan wara li t-Talibani ammettaw li wettqu attakk riċenti f’Kabul – l-istess attakk li fih miet suldat Amerikan.
Din l-aħbar ħarġet wara disa’ laqgħat differenti bejn l-Amerika u rappreżentanti Talibani li saru f’Doha fil-Qatar.