Il-President Amerikan Donald Trump qed jitfa’ pressjoni fuq il-Gvernatur Repubblikan tal-Istat ta’ Georgia biex jgħin jinvalida r-rebħa tal-President Elett Joe Biden f’dan l-istat.
Trump attenda manifestazzjoni fl-Istat fl-aħħar jiem, hekk kif se jibda t-tieni rawnd ta’ elezzjonijiet għas-Senat Amerikan f’Jannar li ġej.