Donald Trump, l-ex President tal-Istati Uniti, ta lilu nnifsu l-Ħamis waranofsinhar hekk kif qed jaffaċja iktar minn tnax-il akkuża, fosthom li prova jwaqqaf u jdawwar ir-riżultati tal-elezzjoni Presidenzjali tal-2020 fl-istat ta’ Georgia.
Din hija r-raba’ darba din is-sena li l-eks President tal-Istati Untiti qed jaffaċja akkużi kriminali.
Minkejja li Trump daħal fil-ħabs ta’ Fulton County huwa dam biss għoxrin minuta sakhemm ġie pproċesat u ttieħidlu ritratt fejn umbgħad ħareġ bil-liberta kkundizzjonata fuq garanzija personali ta’ $200,000.
Trump qed jisħaq li dawn l-akkużi qed isiru bil-għan li jippruvaw iwaqqfuh milli jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li se ssir is-sena d-dieħla.
S’issa Trump huwa l-iktar kandidat popolari u mistenni jkun il-kandidat tal-partit Repubblikan, iżda kandidati oħra fil-partit Repubblikan qed jiksbu iktar popolarità, speċjalment issa li qed isiru d-dibattiti.