Il-personalitá tiegħi żammet l-Istati Uniti ’l bogħod mill-kunflitti fiż-żmien li kont president.
Din id-dikjarazzjoni għamilha l-eks President Amerikan Donald Trump ilbieraħ waqt li kien qed jindirizza rally f’South Carolina.
Huwa qal li kien l-unika president fl-aħħar 40 sena li ma daħħalx lill-Amerika f’xi kunflitti ġodda.
Trump tenna wkoll li l-Amerika teħtieġ li telimina d-dipendenza tagħha minn fuq l-enerġija Russa.
L-eks President wissa’ li huwa żball jekk hemm min qed jaħseb li l-President Russu Vladimir Putin se jieqaf.