Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump iffirma liġi li permezz tagħha se tingħata għajnuna finanzjarja għal dawk milquta mill-pandemija tal-COVID-19 fl-Istati Uniti.
Għall-ewwel Trump kien qed jirrifjuta li jiffirma dan il-pakkett finanzjarju li jammonta għal 900 biljun dollaru, għaliex skontu ried li jagħti liċ-ċittadini Amerikani pagament akbar u ta’ darba bħala parti mill-irkupru finanzjarju.