Donald Trump se jidher f’qorti federali f’Miami nhar it-Tlieta wara li jiġi akkużat bl-użu illegali ta’ dokumenti klassifikati. Dan ikkonfermah l-avukat tiegħu.
Rapporti fuq mezzi internazzjonali tax-xandir jissuġġerixxu li qed jiffaċċja atti ta’ akkuża relatati maż-żamma ta’ informazzjoni dwar id-difiża nazzjonali, u dwar ostruzzjoni tal-ġustizzja, iżda d-dettalji dwar l-atti ta’ akkuża ma ġewx rilaxxati pubblikament
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-eks president, li qed jikkampanja biex isib postu mill-ġdid fil-White House fl-2024, qed jgħid li din il-mossa hija “att diżgustanti ta’ indħil elettorali”. Din se tkun it-tieni dehra l-Qorti għall-Trump f’ temp ta’ xhur .