Il-President Amerikan Donald Trump iddefenda dak li kiteb fuq twitter favur il-protesti li qed isiru kontra l-miżuri stretti tal-lockdown f’diversi stati. Matul il-jum tal-Ġimgħa, Trump sostna li l-miżuri f’Minnesota, Michigan u Virginia huwa iebsin sew.
Uffiċjali tas-saħħa qalu li l-miżuri li ċ-ċittadini Amerikani joqgħodu ġewwa huma biex jipprevenu mit-tixrid tal-Coronavirus. Madanakollu, id-dimostranti qed jgħidu illi dawn il-miżuri qed ipoġġu liċ-ċittadini Amerikani f’sitwazzjoni kerha minħabba r-restrizzjonijiet li qed ifixklu wkoll l-attività ekonomika.
Fil-jum tal-Ħamis, l-Istati Uniti rreġistrat aktar minn 4,500 imwiet f’temp ta’ 24 siegħa. Iżda, din iż-żieda fin-numru ġiet irreġistrat għall-fatt li l-Univeristà Johns Hopkins bdiet tinkludi l-imwiet li probabbilment ġie kkawżat mill-Coronavirus.