Il-President Amerikan Donald Trump hedded li se jibagħat lill-armata biex iwaqqaf lid-dimostranti li nġabru fit-toroq ta’ ħdejn il-White House, li qed jipprotestaw għall-qtil innoċenti ta’ George Floyd ta’ sitta u erbgħin waqt arrest.
Il-protesti issa daħlu fis-sebgħa jum tagħhom b’rapporti fil-midja internazzjonali juru kif fis-sigħat li għaddew il-Pulizija Amerikana użat il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Diversi bliet ordnaw lill-pubbliku sabiex ma joħroġx iżda jidher li din ir-regola ma ġietx obduta.
Dawn l-atti mill-President Amerikan qed iqajmu rabja kbira fost il-pubbliku u l-għaqdiet internazzjonali li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-minoranza.