Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-amministrazzjoni tiegħu kellha diskussjonijiet “serji” mar-Russja dwar il-gwerra fl-Ukrajna.
Trump żied jgħid li hu, u l-President Russu, Vladimir Putin dalwaqt se jkunu qed jieħu azzjoni sinifkanti biex itemmu l-dan il-kunflitt.
“We want to end that war, that war is a horrible war millions of young people are being killed”.
Il-President Amerikan Donald Trump
Huwa u jitkellem mal-ġurnalisti, il-President Amerikan wiegħed li se jkun qed jaħdem sabiex tiġi fi tmiemha din il-gwerra. Gwerra, li skontu ma kinitx tibda kieku hu kien il-president Amerikan.