Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump wissa li l-politika tiegħu se tinqaleb ta’ taħt fuq jekk id-Demokratiċi jirbħu l-elezzjonijiet ta’ Novembru. Huwa qal lill-mexxejja evanġeliċi li l-vot kien referendum fuq il-liberta tal-espressjoni u r-reliġjon u li dawn kienu mhedda min-nies vjolenti.
Huwa appella lill-gruppi konservattivi Kristjani għall-għajnuna u qal li dawn kienu vot biss ‘il bogħod milli jitilfu kollox.
L-elezzjonijiet qed jitqiesu bħala test għall-popolarita tal-president.