Donald Trump ħarrek lill-Avukat Ġenerali ta’ New York, Letitia James. Huwa akkużaha bi “gwerra ta’ intimidazzjoni u fastidju” kontrih.
Dan isegwi kawża li Letitia James għamlet kontra Donald Trump u tlieta minn uliedu f’Settembru li għadda, fejn akkużathom bi frodi mwettqa fuq għaxar snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-Repubblikan Donald Trump ċaħad kull akkuża, u ilu jakkuża hu stess lill-Avukat Ġenerali li abbużat mill-pożizzjoni tagħha għal gwadann politiku.
Fl-aħħar kawża – li tressqet quddiem il-Florida State Circuit Court – Donald Trump akkuża lil Letitia James bi “kruċjata bla waqfien, perniċjuża, pubblika u bla apoloġija” kontrih u l-Organizzazzjoni Trump.