Il-President Amerikan Donald Trump qal li hu impenjat li jixtri u jkollu kontroll tal-Istrixxa ta’ Gaza. Dan filwaqt li jirriloka ż-żewġ miljun Palestinjan, li jgħixu hemmhekk.
Mal-ġurnalisti, Trump qal li huwa se jħalli lill-pajjiżi fil-Lvant Nofsani biex ikunu involuti sabiex jibnu mill-ġdid Gaza, waqt li jiżġura li r-refġjuti Palestinjani jgħixu aħjar.
L-Awtoritá Palestinjana u l-grupp Hamas sostnew li Gaza mhux għall-bejgħ, waqt li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Natanyahu faħħar il-proposta ta’ Trump u qal li hi xi ħaġa revoluzzjonarja.
Din il-proposta tal-President Amerikan ġabet il-kundanna tal-komunitá internazzjonali.