L-eks President Amerikan Donald Trump talab għar-riżenja tal-President Amerikan Joe Biden.
Trump talab għar-riżenja tal-President Amerikan wara li t-Taliban ħa f’idejh it-tmexxija tal-Afganistan.
Dan wara li Joe Biden neħħa t-truppi Amerikani minn dan il-pajjiż.
Fi stqarrija, Trump qal li dak li għamel Biden bl-Afganistan hija waħda mill-akbar telfiet fl-istorja Amerikana.