Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump reġa’ tefa’ l-ħtija fiż-żewġ naħat għall-inkwiet vjolenti f’Charlottesville f’Virginia, li ħalla dimostrant mejjet u oħrajn feruti.
Fi stqarrija fil-jum tat-Tnejn, Trump ikkundanna supremazisti bojod. Iżda fi New York fil-jum tat-Tlieta, huwa weħħel ukoll fid-dimostranti xellugin talli avvanzaw lejn il-fazzjoni leminija.
Heather Heyer, ta’ tnejn u tletin sena, mietet, filwaqt li dsatax oħra spiċċaw feruti meta karozza nstaqet għal fuq in-nies li kienu qed jipprotestaw kontra protesta tal-fazzjoni leminija f’Charlotesville fil-jum tas-Sibt.