F’kummenti ġodda fuq twitter, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddefenda dawk li sejjaħ bħala statwi sbieħ li jfakkru l-gwerra ċivili Amerikana.
Trump qal li huwa ta’ dispjaċir li jara l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżu jingħataw il-ġenb bit-tneħħija tal-istatwi ikoniċi f’postijiet madwar il-pajjiż. Nuru tweet
Dawn l-aħħar kummenti ta’ Trump mistennija jkomplu jsaħħnu l-qiegħa wara li ġie kritikat għax dam biex jikkundanna fazzjonijiet tal-lemin estrem wara l-protesti f’Charlottesville.
F’dan il-post kien hemm protesti kbar tant li mietet mara wara li ttajret minn karozza.
Dan minħabba li statwa ta’ kmandant tal-armata Amerikana li jissimbolizza l-iskjavitù li kien jeżisti fl-Amerka tneħħiet mill-awtoritajiet tal-istat ta’ Virginia.