Il-President Amerikan Donald Trump reġa’ sostna l-akkużi fil-konfront tal-eks President Barack Obama li wettaq spjunaġġ fuq il-linja ċellulari tiegħu, sentiment espress ukoll mill-kanċillier Ġermaniza Angela Merkel, waqt laqgħa liż-żewġ mexxejja kellhom, li suppost kellha issir it-Tlieta iżda kienet posposta minħabba maltemp bis-silġ.
Merkel qalet li għallinqas, hi u Trump għandhom xi ħaġa komuni, u flimkien iddiskutew diversi oqsma speċjalment il-kummerċ u n-NATO.
Spikkat l-imġieba mhux dasqstant komda bejn iż-żewġ mexxejja, tant li fħin minnhom il-kanċillier Ġermaniża staqsiet biex tieħu b’idejn Trump, iżda hu baqa b’idu maluqa u ma rrispondiex lura.