Il-kandidat Presidenzjali Repubblikan, Donald Trump qal li l-pjan ta’ politika internazzjonali ta’ Hillary Clinton fis-Sirja jwassal għat-tielet gwerra dinjija.
Huwa saħaq li l-Istati Uniti għandha tiffoka fuq li tiġġieled l-Istat Islamiku u mhux li tikkonvinċi lill-President Sirjan, Bashar al-Assad biex jirriżenja.
Trump attakka wkoll lir-Repubblikani li mhux qed jissapportjaw il-kandidatura tiegħu. Dan filwaqt li l-kampanja ta’ Clinton akkużat lil Trump li qed juża l-biża u n-negattivita fil-kampanja tiegħu.