Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump attakka lill-Imħallef li waqqaf l-ordni eżekuttiva tiegħu u qal li l-Amerikani għandhom iwaħħlu fil-Qrati jekk jiġri xi ħaġa.
Huwa wissa wkoll lil uffiċjali stazzjonati mal-fruntieri tal-pajjiż sabiex joqogħdu attenti għal dawk il-persuni li ġejjin mill-pajjiżi fil-lista tal-ordni eżekuttiva.
Dan minkejja li s-Sibt li għadda, l-qorti federali ma laqgħetx it-talba mill-amministrazzjoni ta’ Trump biex din l-ordni terġa’ tiddaħħal.
Dan kollu jfisser issa li l-ordni eżekuttiva għalissa se tibqa’ sospiża u persuni bil-visa mill-Iraq, is-Sirja, il-Libja, is-Somalja, is-Sudan u l-Jemen jistgħu jidħlu fl-Istati Uniti.