Il-President Donald Trump iffirma liġi li timponi sanzjonijiet ġodda lir-Russja għall-allegat indħil fl-elezzjoni fl-2016.
Il-liġi li ġiet iffirmata fil-privat fil-White House, timponi ukoll sanzjonijiet fuq l-Iran u l-Korea ta’ Fuq.
Il-legislazzjoni ma’ tħallix lill-President jagħmel sanzjonijiet inqas b’saħħithom lir-Russja mingħajr l-aprovazzjoni tal-Kungress.
Ir-Russja ċaħdet li interferiet fl-Elezzjoni tal-Istati Uniti u l-President Trump innega li kkoluda mar-Russja.
Waqt li kien qed jiffirma din il-liġi l-President Trum qal li din hija “serjament difettuża”