Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, se japprova l-bejgħ ta’ armi b’valur ta’ biljuni ta’ dollari lill-Arabja Sawdija, wara theddid mill-Iran.
Trump għamel użu minn aspett rari ta’ liġi federali sabiex jimplimenta l-ftehim ta’ $8 biljun, biex fl-istess waqt qabeż il-Kungess.
Trump għamel dan billi ddikjara li t-tensjonijiet li hemm mal-Iran irriżultaw f’emerġenza nazzjonali.
Din id-deċiżjoni qajmet furur fost dawk li qed jibżgħu li l-armi jistgħu jintużaw kontra persuni ċivili fil-Yemen minn forzi tal-Arabja Sawdija.