Il-President Amerikan Donald Trump akkuża lil predeċessur tiegħu, Barack Obama li huwa l-moħħ wara l-protesti fl-Amerka.
Trump qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Amerikana, Fox News li jaħseb li Obama jinsab wara dan kollu għaliex in-nies tiegħu qed jipprotestaw kontra r-riformi tiegħu.
Tul l-intervista’ ma’ Fox News, Trump qal li jagħti lilu nnifsu marka bi grad Ċ tal-messaġġ li qed jibgħat lill-Amerikani iżda min-naħa l-oħra ta lilu nnifsu l-ogħla grad ta’ dak li qed jirnexxielu jagħmel biex jaqdi l-interessi taċ-ċittadini Amerikani.
Minkejja li Obama għadu ma kkumentax dwar dak li qal Trump, l-eks President Amerikan ta’ spiss wera nuqqas ta’ qbil mal-politika ta’ Trump tul il-kampanja Presidenzjali.