Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, akkuża lill-eks President Barack Obama fuq spjunaġġ ta’ telefonati, xahar qabel ma ġie elett.
Trump kmieni dalgħodu kiteb fuq Twitter “Għadni kif sirt naf li Obama għamel spjunaġġ tat-telefonati tiegħi fi Trump Tower ftit qabel ma rbaħt l-elezzjoni.”
Kienu ftit id-dettalji li ta l-President tal-Istati Uniti li juru li dak li qed jgħid huwa fattwali.