Għada l-Prinċep Harry u d-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle jieqfu mill-irwoli rjali tagħhom.
Il-koppja għamlu żmien twil jgħixu fil-Kanada u issa ċċaqilqu għall-Istati Uniti.
Huma qed joqgħodu f’Kalifornja u b’rabta ma’ dan, il-President Amerikan Donald Trump għamilha ċara li l-koppja trid tħallas għas-sigurtà personali tagħha.
“Għandi rispett u nammira lir-Reġina u r-Renju Unit iżda saħaq li l-koppja għandha tħallas għas-sigurtà”, kiteb fuq twitter il-President Amerikan.
Il-koppja qed tgħix viċin Los Angeles fejn, Meghan għaddiet it-tfulija tagħha.
Il-koppja mhux se tibqa’ tirrappreżenta lil monarkija tar-Renju Unit iżda dan l-arranġament mistenni jiġi rivedut fi żmien sena.
Missier Harry, il-Prinċep Karlu jinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa għalkemm infettat bil-Coronavirus.