Il-President Amerikan Donald Trump qed jaffaċċja baraxx ta’ kritika fl-Istati Uniti, wara li ddefenda lir-Russja dwar akkużi t’indħil fl-elezzjoni Presidenzjali tal-elfejn u sittax.
Waqt summit mal-President Russu Vladimir Putin fil-kapitali Fillandiża Helsinki, Trump ikkontradixxa aġenziji Amerikani meta qal li r-Russja ma kellha l-ebda raġuni biex tagħmel dak li qed tkun akkużata bih.
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Repubblikani fil-Kungress qal li Trump għandu jara li r-Russja mhix alleat tal-Istati Uniti.
It-Tnejn, il-Presidenti tal-Istati Uniti u tar-Russja ddiskutew fit-tul mingħajr ma kienu fil-preżenza ta’ konsulenti, f’laqgħat li damu xejn inqas minn sagħtejn.