Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump aċċetta li l-forzi Kurdi jingħataw armi sabiex jiġġieldu kontra l-Istat Islamiku fis-Sirja.
Dan ifisser li l-Kurdi li jagħmlu parti mill-Forza Demokratika fis-Sirja se jkunu armati biex iqaċċtu lill-IS mill-aktar żona li hi miżgħuda b’membri tal-IS, Raqqa.
L-Istati Uniti tinsab konxja dwar it-tħassib li għandha t-Turkija rigward dan il-pass.
Dan minħabba li t-Turkija tħares lejn il-Kurdi ribelli bħala terroristi u trid li twaqqafhom milli jieħdu f’idejhom aktar teritorji fis-Sirja.