Fl-Istati Uniti Donald Trump qal li se jirrifjuta li jilbes maskla ma’ wiċċu minħabba l-Coronavirus.
Hekk kif iċ-Ċentri ta’ kontroll fuq mard infettivi u prevenzjoni fl-Istati Uniti qed jirrakkomandaw din id-direttiva, Trump qal li ma jimmaġinax li jiltaqa’ ma’ kapijiet ta’ stat, dittaturi, rejiet u reġini b’maskla ma’ wiċċu.
Qal li din hija direttiva volontarja u ma’ hemmx għalfejn bżonn li tiġi obduta.
Fl-Istati Uniti ġew ikkonfermari aktar minn mitejn u sebgħin elf każ ta’ Coronavirus filwaqt li 7,000 persuna tilfu ħajjithom.