Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump waqqaf id-dħul ta’ refuġjati Sirjani fil-pajjiż u dan bħala parti mill-miżura biex iwaqqaf terroristi milli jidħlu fl-Istati Uniti.
Dan wara li ffirma ordni eżekuttiva estensiva li wkoll is-sospendiet għal erba’ xhur l-ammissjonijiet tar-refuġjati. Dħul ta’ viżitaturi minn sitt pajjiżi musulmani twaqqaf għat-tlett xhur li gejjin. L-ordni tgħid ukoll li kull immigrant li jidħol fil-pajjiż għandu jkun analizzat b’reqqa u x’tip ta’ kontribut jista’ jagħti fis-soċjetà Amerikana.
Din il-mossa ġabet il-kundanna ta’ gruppi għad-drittijiet tal-bniedem u ta’ persuni bi profil importanti. Trump iffirma din l-ordni ezekuttiva wara ċ-ċerimonja li ħatret lil Gen James Mattis bħala segretarju għad-difiża. Waqt iċ-ċerimonja, Trump qal li qed ifassal miżuri ġodda bil-għan li jikkontrolla l-infiltrazzjoni ta’ terroristi musulmani radikali.
‘Irridu ndaħħlu biss nies li jappoġjaw lill-Istati Uniti u li jħobbu lil n-nies tagħna’ sostna Trump.