Il-President Amerikan Donald Trump indirizza l-ewwel rally tal-kampanja tiegħu minn mindu beda l-lockdown minħabba l-coronavirus fl-Istati Uniti. Huwa indirizza folla inqas milli kien mistenni.
Fil-bidu tal-ġimgħa, Trump ftaħar illi kważi mal-miljun persuna talbu għall-biljetti sabiex jattendu għal din ir-rally. Madankollu, l-post li jesa’ mad-19,000 persuna kien ‘il bogħod milli jkun mimli.
Dawk li attendew għall-manifestazzjoni kellhom jiffirmaw rinunzja li tneħħi kull responsabilità minn fuq il-kampanja ta’ Trump f’każ li xi peresuni jirriżultaw pożittivi għal kull tip ta’ mard.
Intant, Trump, li għamel sagħtejn sħaħ jitkellem fuq diversi suġġetti waħħal fil-midja u d-dimostranti li żammew lill-partitatji ‘l bogħod u li kkawżaw attendenza fqira.