Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lill-konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali John Bolton tard it-Tlieta filgħaxija, wara li qal li m’għadx għandu bżonn is-servizzi tiegħu.
Minkejja d-dikjarazzjoni tal-President, Bolton qal li kien hu stess li temm l-impjieg tiegħu ma’ Trump. Għalkemm ma tax raġuni uffiċjali għal dan, bosta kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali qed jirrapportaw li Trump u Bolton kellhom diżgwid serju dwar it-tensjonijiet fl-Iran u fl-Afganistan u sfidi globali oħra.
Fi tweet, il-President Trump qal li kemm hu kif ukoll membri oħra tal-Amministrazzjoni ma kinux jaqblu ma ħafna mill-ideat tal-eks konsulent. Qal ukoll li se jinnomina konsulent ieħor għas-Sigurtà Nazzjonali fi żmien ġimgħa.
Ritratt:EPA