Il-President tal-Istati Uniti sejjaħ ir-risposta tal-Arabja Sawdija fuq il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi bħala l-agħar cover-up li qatt kien hawn.
Huwa żied li kull min organizza l-qtil tiegħu għandu jkun f’inkwiet kbir.
Is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal ukoll li l-Istati Uniti se tikkastiga lil dawk responsabbli, u rrevokat il-viżi ta’ 21 suspettat li ġew identifikati.
L-Istati Uniti rċeviet pressjoni biex twebbes il-pożizzjoni tagħha fuq l-Arabja Sawdija, pajjiż alleat importanti tal-istess pajjiż