Il-President Amerikan Donald Trump jidher li għamel ċertu standards fejn jidħol il-mod kif jilbsu n-nisa li jaħdmu l-White House. Jemmen li kif tidher huma importanti immens meta tkun fil-qalba tat-tmexxija presidenzjali. Apparentament qal lill-ħaddiema li n-nisa għandhom jilbsu ‘ta’ nisa’ u l-irġiel jilbsu l-ingravajjet. In-nisa għandhom jilbsu lbiesi, iżda jekk jinsistu li jilbsu affarijiet bħal jeans, għandhom jidhru puliti.
Naturalment, ir-rispons fuq l-internet kien enormi, bin-nies itellgħu kull xorta ta’ ritratti bil-hashtag DressLikeAWoman. L-uffiċjal tal-Pulizija Elizabet Rooney (li tidher fir-ritratt ta’ fuq) spikkat b’ritratt bl-uniformi, u kitbet li se tibda tilbes ‘ta’ mara’ meta Trump jibda jġib ruħu ta’ president.