Il-President Amerikan, Donald Trump, keċċa liċ-Chairman Amerikan għall-Joint Chief of Staffs, CQ Brown, li huwa l-ogħla uffiċjal fil-pajjiż, bħala parti minn proċess ta’ tibdil li qed jagħmel fit-tmexxija tal-militar Amerikan.
Dan l-uffiċjal kien ġie maħtur minn Joe Biden. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Trump irringrazzjah għas-servizz tiegħu fuq medda ta’ aktar minn 40 sena, f’karigi diversi. Dan filwaqt li qal li se jkun hemm tibdil f’5 karigi oħra.
Il-kariga ta’ Brown, kienet tirrikjedi li huwa jagħti pariri lill-President, u lis-Segretarju tad-Difiża fuq is-Sigurtà Nazzjonali.
Sorsi qalu li huwa ġie mkeċċi minħabba l-politika liberali li kien iħaddan – bi programmi li jirrigwardjaw id-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni fil-militar.