Il-president tal-Istati Uniti, Donald Trump ordna t-tkeċċija ta’ sittin diplomatiku Russu.
Dan wara l-każ ta’ vvalenament tal-eks spija fir-Renju Unit.
Il-Ġermanja u Franza ħabbru wkoll li kull wieħed minnhom ser ikeċċu erba’ diplomatiċi Russi. Għadd ta’ pajjiżi oħra Ewropej segwew il-passi tagħhom.
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, l-ġimgħa li għaddiet, qabblu li aktarx ir-Russja kienet il-moħħ wara dan l-attakk fuq l-eks spija Russu u bintu fir-Renju Unit.
Dan filwaqt li r-Russja ċaħdet kwalunkwe rwol fl-attakk f’Salisbury.
L-Istati Uniti ser tordna wkoll l-għeluq tal-konsulat Russu f’Seattle.