Il-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, għadu kif ħabbar il-ħatra ta’ Gen James Mattis bħala is-Segretarju tad-Difiża.
“Hu l-aqwa wieħed li għandna,” qal Trump hekk kif ħabbar l-għażla tiegħu f’Ohio.
Gen Mattis, li hu magħruf ukoll bħala “Mad Dog”, kien jiktritika b’mod liberu l-politika tal-Lvant Nofsani tal-amministrazzjoni t’Obama, b’mod partikolari fejn jidħol l-Iran.
Hu kien irrefera għall-Iran bħala “l-iktar theddida konsistenti għall-istabbiltà u l-paċi fil-Lvant Nofsani”.