Il-President Amerikan Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva biex pajjiżu joħroġ mill-ftehim ekonomiku li jeżisti bejn l-Istati Uniti u pajjiżi Asjatiċi. Dan il-ftehim li kien ferm imbuttat mill-amministrazzjoni t’Obama kien iffirmat minn tnax-il pajjiż u kien jolqot mal-erbgħin fil-mija tal-ekonomija tad-dinja.
Il-President il-ġdid kien kritika bl-aħrax dan il-ftehim ekonomiku li skontu jmur kontra l-interessi tal-Amerka. Intant Trump ħabbar li se jkun qed jaqta’ b’mod massiċċ it-taxxi fuq kumpaniji li jżommu l-bażi tagħhom fl-Istati Uniti. Trump ħabbar dan waqt li fil-Whitehouse kien qed jiltaqa’ ma diversi sidien ta’ negozji kbar fil-pajjiż.
Il-President Amerikan qal li se jkun qed jimponi taxxa ferm għola fuq dawk il-kumpaniji li jmexxu l-maniffatura tagħhom barra mill-pajjiż. Dawn ir-rimarki waslu fl-ewwel ġurnata ufficjali tiegħu fil-White House wara protesti kbar li saru direttament fil-konfront ta’ Trump.