Il-President Amerikan Donald Trump reġa’ ħareġ qatta kontra ħabel iċ-Ċina u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar din il-pandemija. Trump qed jisħaq li jinsab kunfidenti li dan il-virus ġie minn laboratorju f’Wuhan, fiċ-Ċina. Huwa żied jgħid li ċ-Ċina ma avżatx lill-Istati Uniti dwar dan il-virus sabiex tkun ta’ xkiel għalih fl-elezzjoni li jmiss.
Fid-dawl ta’ dan kollu uffiċjali Amerikani jikkontradixxu li qed jgħid Trump u tennew li dan il-virus mhux magħmul mill-bniedem u lanqas ġenetikament modifikat.